Id-diskussjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Alternattiva Demokratika se jkomplu, dan hekk kif saret l-ewwel laqgħa bejn it-tmexxija taż-żewġ Partiti biex l-Partit tal-Alternattiva jingħaqad fil-Forza Nazzjonali.
L-istadju li jmiss hu li l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament Mario De Marco flimkien mal-Viċi Chairman tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo se jkomplu d-diskussjonijiet sabiex jinstab qbil bejn iż-żewġ partiti, hekk kif l-unika differenza prinċipali hi fuq l-isem li se jkun qed jintuża mill-koalizzjoni tal-Partiti.
Hekk kif spiċċaw il-laqgħat fil-Belt Valletta, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ta r-reazzjoni tiegħu lill-media fejn stqarr li ż-żewġ partiti jaqblu fuq numru kbir ta’ punti – partikolarment f’din il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li fniet il-Gvern ta’ Joseph Muscat:
Minn naħa l-oħra, iċ-Chairman tal-Alternattiva Demokratika qal li mhux lest li jagħmel koalizzjoni mal-Partit Laburista minħabba l-korruzzjoni, dan hekk kif il-Partit tal-Ħodor ma jridx jitħallat ma’ nies bħal Keith Schembri u Konrad Mizzi – u kif ukoll Prim Ministru li minflok ineħħihom iżommom miegħu.
Arnold Cassola żied jgħid li l-unika differenza kbira li teżisti bejn il-Partiti hi li l-Partit Nazzjonalista jrid juża l-formola li se tintuża mal-Partit Demokratiku ta’ Marlene Farrugia, filwaqt li l-Alternattiva Demokratika trid li jintuża isem differenti għal din il-Forza Nazzjonali.
//= $special ?>