Wara aktar minn ġimgħa minn mindu faqqa’ l-iskandlu MuscatGate li kulħadd qed jitkellem dwaru, l-unika ħaġa li għandu jagħmel il-Prim Ministru Joseph Muscat hu li jirriżenja u jħalli l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jaħdmu b’mod liberu.
Hekk jikteb illum, l-editur tat-Times of Malta fejn jispjega b’mod tajjeb ħafna is-sitwazzjoni gravi li jinsab fiha l-pajjiż bħalissa. L-aktar wara li ħarġu akkużi xokkanti illi l-mara ta’ Joseph Muscat irċeviet somom kbar ta’ flus mingħand il-familja tal-President tal-Ażerbajġan.
“Ikun stupidu min jaħseb li elezzjoni sena qabel tista’ issolvi din il-kriżi. Anzi, bil-kontra”, jgħid l-editorjal.
L-istess editorjal ikompli billi juża’ paraguni iebsin ħafna: jekk Muscat isejjaħ elezzjoni ikun qed imur għall-għażla illi jwarrab is-saħħa tal-Qrati u jimxi fuq l-istil tal-eks mexxej Kuban Castro. “Il-Prim Ministru ikun qed isalva ġildu politikament u ma jaħsibx fl-interess nazzjonali”.
Fil-kummentarju tiegħu il-ġurnal ifakkar fin-nuqqas ta’ Muscat meta sena ilu ma ħax azzjoni fil-konfront ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi.
//= $special ?>