Nirien qawwija dalgħodu għall-ħabta tal-5:30am ħakmu fabbrika tar-riċiklaġġ f’Ħal-Far. In-nirien kienu kbar wara li fil-fabbrika kien hemm ammont kbir ta’ plastik lest għar-riċiklaġġ.
Numru kbir ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nirien iżda l-ħidma hija waħda diffiċli ħafna.
Net News ġie infurmat li aktar pumpiera qed jaslu fuq il-post minħabba li n-nar qed ikompli jinfirex mal-kumpless kollu.
Id-duħħan saħansitra sa issa għadu qed jidher minn diversi partijiet madwar Malta, saħansitra miż-żona Ta’ Żwejt f’San Ġwann, tas-Sliema u diversi lokalitajiet oħra.
//= $special ?>