Lokali Mużika

“Qatt ma bsart li se titlaq daqshekk kmieni, inħobbok Ma” – Maxine

“L-ebda kliem ma jista’ jispjega kemm jien imweġġa’ bħalissa, qatt ma bsart li se titlaq daqshekk kmieni, inħobbok ma, into d-dinja, diġa qed nimmisjak”, kienet din ir-reazzjoni fuq il-paġna ta’ facebook ta’ Maxine, ftit sigħat wara li tħabbret il-mewt ta’ ommha, Sabina.

Il-kantanta Maxine kitbet li tilfet waħda mit-tliet l-aktar persuni importanti f’ħajjitha. Kompliet tikteb li għadha xxukjata u li ma tistax temmen li kellha tiġġieled din il-marda f’daqstant żmien qasir.

Maxine kitbet li ommha kienet kollox għaliha, u kienet il-persuna li tgħidilha kollox u tiftaħ qalbha magħha, żiedet li issa hija l-anġlu tagħha.

Maxine flimkien ma’ ommha