Futbol Sport

Thiago Alcantara se jibqa’ ma’ Bayern sal-2021

Thiago Alcantara ġedded b'sentejn mal-kuntratt li kellu u se jibqa' mal-klabb sal-2021

Bayern Munich ħabbru li l-midfielder Thiago Alcantara ffirma kuntratt ġdid u se jibqa’ mal-klabb sa Ġunju tal-2021. Il-midfielder ta’ 26 sena ngħaqad ma’ Bayern mingħand Barcelona fl-2013 u stabilixxa ruħu bħala membru integrali tal-ewwel timm wara prestazzjonijiet brillanti.

L-internazzjonali Spanjol lagħab 39 logħba mat-tim Ġermaniż fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, fejn skorja tmien darbiet u serva disa’ assists.

“Thiago hu wieħed mill-aqwa midfielders fl-ewropa u ninsabu kuntenti li rnexxielna nagħlqu dan il-ftehim fit-tul,” qal iċ-chairman ta’ Bayern Munich Karl-Heinz Rummenigge. Alcantara qal li hu u l-familja jinsabu komdi fi Munich u jrid jirbaħ aktar tazzi ma’ Bayern fil-futur.

Din l-aħbar waslet wara li l-Ġermaniżi kkonfermaw li ffirmaw b’mod permanenti lill-winger Kinglsey Coman mingħand Juventus għal somma ta’ €35 miljun.