“Huwa importanti li fil-pajjiż ikun hawn stabbilta’ politika”.
Hekk intqal illum fi stqarrija iebsa li ħarġet mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija.
Fl-istqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li tinsab imħassba bl-iżviluppi politiċi tal-aħħar jiem f’pajjiżna. “Bħala organizzazjoni aħna nemmnu li n-negozju ma jistax jifjorixxi f’nuqqas ta’ stabbilta’ politika u ekonomika”.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet illi hemm bżonn, b’maturita’, inżommu r-reputazzjoni li kisbet Malta bħala ċentru globali għan-negozji.
Intant fuq Twitter, Simon Busuttil qal illi jaqbel ma’ dan l-appell li qed isir mill-Kamra tal-Kummerċ. “Dan hu preċiżament dak li se tagħmel il-Forza Nazzjonali”, sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>