Lokali

Tmut Sabina Pace, omm il-kantanta Maxine

Maxine flimkien ma' ommha

Matul il-lejl mietet Sabina Pace, omm il-kantanta Maxine Pace, li għandha 45 sena. Hi kienet ilha tiġġieled il-marda tal-kanċer għal xahar u nofs.

Fil-programm Xarabank meta inġabru l-fondi b’risq Puttinu, minkejja li Sabina kienet f’qagħda kritika, uliedha Maxine u Ella, kienu preżenti tul il-programm kollu jgħinu biex tinġabar is-somma sabiħa għal Puttinu.

Madia Link Communications jesprimu l-kondoljanzi lil Maxine u Ella, u r-raġel tagħha Jonathan tal-Logografix Signs.