Formula 1 Sport

Vettel l-aktar veloċi fit-tieni sessjoni ta’ prattika f’Sochi

Sebastian Vettel waqt is-sessjoni ta' prattika f'Sochi (Ritratt: EPA)

Fi tmiem il-ġimgħa issir ir-raba’ Grand Prix tal-istaġun f’Sochi fir-Russja. Fit-tieni sessjoni ta’ prattika li saret illum, il-Ferrari rnexxielhom itemmu qabel il-Mercedes b’aktar minn nofs sekonda distakk.

Iċ-Champions tad-Dinja ddominaw f’dan iċ-ċirkwit, minn meta għamel id-debutt fl-2014, iżda l-ħin tajjeb ta’ Sebastian Vettel kien 0.670 ta’ sekonda aktar minn tal-Mercedes. Kimi Raikkonen kiseb it-tieni post, segwit minn Valtteri Bottas u Lewis Hamilton, bil-Finlandiż jerġa’ jispiċċa qabel Hamilton għat-tieni sessjoni konsekuttiva.