Futbol Sport

Felipe Melo sospiż tliet logħbiet

L-eksplejer ta’ Juventus u Inter Felipe Melo, li issa qed jilgħab ma’ Palmeiras ġie sospiż tliet partiti wara li matul il-ġimgħa, wara logħba valida mill-Copa America ta daqqa ta’ ponn lil plejer avversarju.

Il-logħba bejn Penarol u Palmeiras intemmet fi skor ta’ 3-2 favur Palmeiras li wettqu rimonta mill-aqwa wara li kienu qed jitilfu 2-0.

Fi tmiem il-logħba kien hemm ġlied kbir bejn iż-żewġ naħat u filmati urew lil Melo jagħti daqqa ta’ ponn lil Matias Mier li kien wieħed mis-sostituti li ma daħalx jilgħab fil-partita.

Melo kien wieħed fost erba’ plejers li ngħataw sospensjoni ta’ tliet partiti. Din mhux l-ewwel darba li Melo, eksplejer anke ta’ Galatasary kien involut f’inkwiet fil-grawnd.