#muscatgate Lokali

FILMAT: X’qal Zammit Lewis dwar l-għaqda fil-Gvern ġurnata qabel irriżenja Godfrey Farrugia?

Dalgħodu d-Deputat Laburista Godfrey Farrugia rriżenja minn Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, minħabba n-nuqqas ta’ qbil mal-mod kif qed issir it-tmexxija tal-Gvern minn klikka li skont Farrugia jinteressaha biss mill-interessi tagħha flok mill-interessi tal-pajjiż.

Ilbieraħ, waqt konferenza tal-aħbarijiet, NET News stasqsa lill-Ministru Edward Zammit Lewis jekk hemmx Deputati tal-Gvern li huma mdejqin u rrabjati bit-tmexxija tal-Gvern dwar l-iskandlu tal-Panama. Ir-risposta ta’ Zammit Lewis qegħda fil-filmat t’hawn fuq.