Lokali

Il-Kap tal-PN f’summit tal-EPP

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil attenda għas-Summit tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell, li fost l-oħrajn iddiskuta l-aħħar żviluppi dwar Brexit, u d-deċiżjoni ta’ elezzjoni bikrija fir-Renju Unit.

Matul dan is-Summit, li kien l-ewwel wieħed wara li sar il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew f’Malta x-xahar li għadda, kien hemm kliem ta’ tifħir għall-organizzazzjoni tal-Kungress li sar f’Malta.

Għal dan il-Kungress, flimkien ma’ Simon Busuttil, attendew ukoll, fost l-oħrajn, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, il-President tal-Partit Popolari Ewropew Joseph Daul, u l-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel.