Il-Korea ta’ Fuq sparat mill-ġdid missila ballistika bi prova. Il-Militar tal-Istati Uniti qal li l-missila baqgħet fit-territorju tal-Korea ta’ Fuq.
Sa issa ma kien hemm ebda stqarrija min-naħa tal-Korea ta’ Fuq dwar dak li seħħ. It-tensjoni fir-reġjun kulma jmur qed tiżdied, bil-Korea ta’ Fuq u dik ta’ Isfel, it-tnejn iwettqu eżerċizzji militari.
Sadanittant, il-vapur tal-gwerra Amerikan, il-USS Carl Vinson, kien qed ibaħħar mal-kosta ta’ Nagasaki, hekk kif jinsab fi triqtu lejn il-peniżola Koreana.
//= $special ?>