Il-kampanja li inbdiet fuq l-internet minn #teamaureliamalta diġa’ laħqet 120,000 persuna fi spażju ta’ ftit ġimgħat.
Ilbieraħ dan is-sit irrapporta illi ċ-ċkejkna, li allegatament inħatfet minn Malta minn ommha stess, tinsab f’Zagreb.
Jirriżulta li t-tifla dehret din il-ġimgħa fil-lukanda Hotel Esplanade fil-kapitali tal-Kroazja. Din hija lukanda ta’ ħames stillel ftit ‘il bogħod miċ-ċentru storiku tal-kapitali. Hi kienet flimkien ma’ ommha Anika. Il-missier qed jagħmel l-akkuża li Aurelia inħatfet minn Anika de Vilera fil-bidu ta’ Marzu li għadda.
Il-Pulizija f’Zagreb ġie infurmata b’dawn id-dettallji ġodda. L-awtoritajiet għall-protezzjoni tat-tfal fil-Kroazja ukoll ġew infurmati.
Missier it-tifla, Andreas Wil Gerdes, jemmen li l-Pulizija Maltija qed timxi bil-mod ħafna dwar dan il-każ li fih inħatfet it-tifla tiegħu. U fil-fatt, il-mod kif weġbuna l-Pulizija jikkonferma dan.
Kull informazzjoni dwar din it-tifla tista’ tingħata b’mod kunfidenzjali fuq teamaureliamalta@gmail.com
jew in-numru +35679888888.