Illejla, minn Brussell, il-Prim Ministru Joseph Muscat waqa’ fl-aktar livelli baxxi li qatt waqa’ fihom politiku f’Malta: li jattakka lill-whistleblower li qed tikxef il-verità dwaru.
Il-kriminali f’Kastilja qed isiru dejjem aktar perikolużi. F’ebda soċjetà demokratika, ma jkollok Prim Ministru jattakka whistleblower biex jiprova jsalva ġildu.
Prim Ministru serju jiproteġi lill-whistleblowers, mhux jattakkahom. Imma Muscat, mhux talli mhux serju, talli hu perikoluż għad-demokrazija. Post Muscat mhux fil-politika u għandu jitlaq issa.
F’dan l-istadju, l-Partit Nazzjonalista qiegħed iżomm ukoll lill-istazzjon nazzjonali responsabbli għall-mod kif qed jitħalla jintuża mill-kriminali biex ikomplu jwettqu atti kriminali. Jekk jixxandar il-kumment tal-Prim Ministru fil-bulettin tal-aħbarijiet tal-lejla – kumment ta’ bniedem li qed jiġi investigat kriminalment – l-istazzjon nazzjonali jkun qed jikser il-liġi tax-xandir.
Malta tinsab fi kriżi istituzzjonali.
//= $special ?>