Lokali

Jinqabad fil-pusses ta’ nofs kilo droga

Karozza tal-Pulizija - Ritratt mill-arkivji

Raġel ta’ 35 sena minn Birżebbuġa ġie arrestat mill-Pulizija wara numru ta’ ġimgħat ta’ ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Dan hekk kif ir-raġel instab fil-pussess ta’ 25 kapsola bit-trab abjad, allegatament kokaina kif ukoll 4 boroż ohra li kien fihom trab abjad, x’aktarx kokaina wkoll. B’kollox is-sejba t’ammonta għal madwar nofs kilo droga.

Fil-pussess tiegħu nstabu wkoll xi oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga.

Filwaqt li huwa ttieħed id-Depot tal-Pulizija għal aktar stħarriġ, is-suspettat mistenni jitressaq il-Qorti għada filgħodu.