Hu ta’ tħassib kbir li uffiċjal għoli fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Peter Grech ikkuntattja membri tal-korp tal-Pulizija biex jingħata informazzjoni dwar il-karattru tal-whistleblower li nhar il-ġimgħa xehdet quddiem il-Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta dwar il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus tal-kriminali f’Kastilja.
Dan hu parti mill-attakk li l-kriminali ta’ Kastilja fetħu fuq il-whistleblower tal-kumpaninja Egrant u dan hu l-akbnar prova ta’ kemm l-istess kriminali jinsabu f’paniku u daharhom mal-ħajt.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma tal-Partit Beppe Fenech Adami għamel dan l-appell waqt konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali li fiha ħadu sehem ukoll Jason Azzopardi, Shadow Minister tad-Drittijiet taċ-Ċittadini, il-Ġustizzja u d-Demokrazija u Paula Mifsud Bonnici, il-President tal-Kunsill Ġenerali u Shadow Minister tal-Politika Soċjali.
Beppe Fenech Adami qal li l0-aġir tal-Prim Ministru u l-kriminali ta’ miegħu f’Kastilja fl-aħħar 24 siegħa jikkonferma l-biża li tkompli toħroġ il-verità. Hu qal li l-aħħar żviluppi jindikaw li dak li l-kriminali ta’ Kastilja bellgħu lil xi membri tal-media mhux minnu, u ta’ Kastilja qalbu l-verita’ rasha l-isfel apposta. Hu spjega li kienet il-whistleblower li ħadet passi kontra Pilatus Bank. Hu appella biex min għandu informazzjoni jersaq ’l quddiem u jingħata protezzjoni sħiħa.
Jason Azzopardi irrefera għal każ tal-Avukat Ġenerali u qal li dan qed jinsa li l-ġuralment li ħa hu lejn il-kostituzzjoni ta’ Malta u mhux lejn il-kriminali. Hu spjega li l-Avukat Ġenerali mgħandu l-ebda rwol fl-inkjesta maġisterjali li qed issir dwar il-korruzzjoni u jidħol fix-xena biss wara li l-Maġistrat jagħlaq l-inkjesta. Hu qal li jekk wieħed ma jridx jaħseb li l-Avukat Ġenerasli sar kompliċi għandu jispjega għaliex qed tinġabar informazzjoni dwar il-whistleblower mill-uffiċċju tiegħu.
Paula Mifsud Bonnici qalet li bl-aġir kriminali f’Kastilja, hu evidenti li l-verità qed tkompli toħroġ kemm dwar l-iskandlu Egrant kif ukoll dwar il-korruzzjoni fil-bejgħ tal-passaporti, b’commissions illegali li marru fil-kont taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Dan l-aġir tal-kriminali qed isir għax jinsabu daħarhom mal-ħajt u qed jippruvaw ibeżżgħu lil min qed jikxef din il-korruzzjoni.
Fakkret li sena ilu saret ir-reshuffle fażull meta Joseph Muscat neħħa l-enerġija u s-saħħa mill-Ministeru ta’ Konrad Mizzi imma taħ aktar saħħa filwaqt li baqa’ jiddefendi kemm lil Konrad Mizzi u anke lil Keith Schembri li nqabdu b’kontijiet sigrieti fil-Panama. Hi qalet li l-poplu Malti mhux se jippermetti dan u se jkompli jixkef l-informazzjoni u jingħata kull protezzjoni mill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>