Internazzjonali

Silvio Berlusconi l-isptar bi tlett punti f’wiċċu wara waqgħa

L-ex Prim Ministru Taljan u ex President ta’ A.C.Milan, Silvio Berlusconi, kellu jittieħed l-isptar della Madonnina f’Milan wara li waqa’ barra ristorant hekk kif kien għadu kemm kien qiegħed waqt ikla ma’ uliedu.

Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu meta żelaq u waqa’ għal wiċċu. Filwaqt li ttieħed mill-ewwel għal kura l-isptar, Berlusconi kellu jgħamel tlett punti f’xoftu.

Huwa ħareg mill-isptar illum kmieni waranofsinhar fejn, akkumpanjat mill-membri tas-sigurtà, deher iżomm ‘medical gauze’ ma’ wiċċu.