Lokali

Argument bejn żewġ persuni f’Birżebbuġa

Uffiċjali tal-Pulizija ssejħu fi Triq il-Merżuq f’Birżebbuġa hekk kif seħħ argument serju bejn Malti u Eġizzjan.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li għal xi raġuni mhux magħrufa ġew fl-idejn.

Fuq il-post ssejħet minnufih l-assistenza ta’ tim mediku tal-ambulanzi madanakollu ż-żewġt irġel irrifjutaw li jittieħdu l-Isptar Mater Dei.