Futbol Sport

KAMPJONAT MALTI: Hibernians inkurunati ċampjins għat-12-il darba

Hibernians huma uffiċjalment ir-rebbieħa tal-Kampjonat BOV Premier 2016-17 hekk kif ġew inkurunati matematikament ċampjins tal-kampjonat għalkemm fadal partita waħda biss.

Dan hekk kif illum wara nofsinhar fl-istadium ta’ Ta’ Qali Hibs għelbu lil St.Andrews bl-iskor ta 3-1.

Kien Bjorn Kristensen li fetaħ l-iskor ’14-il minuta, b’Nenad Belacevic ta’ St.Andrew’s iġib il-gowl tad-dro ħames minuti wara.

Dan filwaqt li Jackson Lima poġġa fil-vantaġġ lill-Pawlisti u fit-tieni taqsima Jorginho skorja l-gowl li rregala definitivament ir-rebħ lill-Hibernians għat-12-il darba.