“Fil-passat l-awtoritajiet ta’ pajjiżna ma ġewx intimidati, lanqas meta quddiemhom kellhom ir-responsabiltà u saħansitra waslu biex ikkundannaw lil Prim Imħallef. Imma llum l-istess awtoritajiet jinsabu lluppjati quddiem mewġa kbira ta’ korruzzjoni.”
Stqarr dan Errol Cutajar, li se jkun kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq it-tieni u t-tielet distrett. Qal li f’dawn id-distretti, wieħed isib maġġoranza assoluta ta’ Laburisti, li madankollu demmhom ibaqbaq għall-verità, ġenwini, li ma jifilħux jaraw il-verità tiġi kalpestata bil-mod kif qed tiġi kalpestata.
“Dakinhar l-istituzzjonijiet għamlu xogħolhom mingħajr biża’. Imma dan mhux iseħħ illum,” fakkar Errol Cutajar, li madankollu qal li l-poplu beda jinduna b’dan li qed iseħħ.
Fid-diskors tiegħu hu semma’ numru ta’ eżempji ta’ persuni li tkellmu miegħu u wrew diżappunt li waqt li dawk qrib il-Partit Laburista jkomplu jistagħnew, il-foqra jkomplu jsofru.
Fid-dawl ta’ dan kollu, l-istituzzjonijiet Maltin huma lluppjati, bl-Awditur Ġenerali li jaqdi lill-Gvern, l-istess bħall-Kummissarju tal-Pulizija, l-MFSA u awtoritajiet oħrajn.
Cutajar qal li l-politika, fi ftit ġimgħat biss mindu daħal fil-politika, irrealizza li mhix ħajja faċli imma li lest li jaqdiha b’mod tajjeb, għaliex jemmen li hemm bżonn joffri futur lil uliedna, fi stat li qiegħed hemm biex jaqdi liċ-ċittadini, imma mhux biex jagħmel il-pjaċiri.
Għalhekk appella biex jitwarrbu l-weġgħat personali, id-differenzi politiċi, għaliex pajjiżna qiegħed isejħilna wara forza nazzjonali bi dmir lejn Malta u Għawdex.
//= $special ?>