Lokali

Raġel iġarrab ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi

Arkivji

Raġel ta ‘ 61 sena minn Ħaż-Żebbuġ kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. Il-każ seħħ fis-7.30pm fi Triq is-Sebħ f’Ħal Qormi meta għal xi raġuni mhux magħrufa l-vittma tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Fiat Uno bil-konsegwenza li ħabat ma’ crashier barrier u inqeleb.

Fuq il-post issejħet għall-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku tal-ambulanzi li ħadet lir-raġel l-isptar għal aktar kura.

Huwa ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Clarke LL.D li ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.