Lokali

Raġel jaqa’ madwar sular u nofs fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Raġel kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqgħa madwar sular u nofs fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma kien qiegħed barra fiz-zona tat-tipjip waqt li kien qiegħed jistenna sabiex jaqbad titjira meta għal xi raġuni li s’issa għadha mhux magħrufa r-raġel għeleb għal isfel minn fuq ċint.

Fuq il-post issejħet għall-għajnuna ta’ tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura.

Filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa, għalkemm sorsi qalulna li dan seta’ kien inċident oħrajn indikaw li r-raġel aktarx kien taħt arrest.

Sadanittant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.