Żvilupp ġdid dwar ir-rabta bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-kumpanija Egrant hekk kif f’intervista ma’ The Malta Independent on Sunday, il-whistleblower li marret tixhed b’ġurament nhar il-Ġimgħa li għadda, żvelat x’ġara pass pass meta kienet taħdem ma’ Pilatus Bank. Hi tirrakkonta wkoll dak li ġara dakinhar li saret taf li l-Ultimate Beneficial Owner tal-kumpanija Egrant hi ta’ Muscat.
“X’ħin ftaħt is-safe u ħadt id-dokumeti li kelli bżonn, iddeċidejt li ndur ftit id-dokumenti l-oħra, għax issa bdejt nissuspetta f’kollox u kont imħassba. Ma kontx naf x’qed infittex, forsi ismijiet familjari. Imbagħad rajt żewġ declerations of trust bl-isem ‘Muscat’. Ma kontx ilni f’Malta ħafna biex ninduna li dan kien kunjom komuni. Pero’ ndunajt li kien il-kunjom tal-Prim Ministru. Il-kumpanija kienet Egrant Inc u kont naf bl-isem tal-kumpanija għax kienet fil-lista li kelli. Dan kien qabel ma faqqa’ l-iskandlu tal-Panama Papers f’April tas-sena li għaddiet, jiġifieri qas kont x’kien is-sinifikat tiegħu.”
Il-Whistleblower tirrakkonta kif hi kienet responsabbli minn tranżazzjonijiet ta’ xejn inqas minn għaxar kumpaniji.
“Ingħatajt lista ta’ kumpaniji, bejn 8 u 10 u dawn kellhom jingħataw attenzjoni speċjali għat-tranżazzjonijeit tal-pagamenti u dwarhom kelli nitkellem dejjem mad-direttur eżekuttiv Claude-Ann Sant Fournier, id-direttur eżekuttiv. Dawn il-kumpaniji kienu jinkludu Willerby Inc, Tillgate Inc, Hearnville Inc, Egrant Inc u Al Sahra FZCO… kont naf li AlSahr Inc kienet ta’ bint il-President tal-Azerbaijan, Leyla Aliyeva… u naf ghax kont rajt id-dettalji tal-formola li fetħet il-kont bankarju, sa issa l-aħbarijiet dwar dawn il-kumpaniji kienu għadhom ma ħarġux, kien biss ġimgħat wara li faqqgħu l-Panama Papers.”
Il-Whistleblower issemmi kif it-tranzazzjonijiet qatt ma għaddew fil-kontijiet f’Pilatus Bank imma għaddew minn dan il-bank għall-kontijiet f’Dubai.
“Wieħed mill-Pagamenti kien tant kbir, li kien ikbar minn miljun dollaru, tant li ħoloq problemi mal-correspondent bank amerikan tagħna, tant li waqfitu u saqsiet dwaru… dwar kien iċempel kuljum rappreżentant ta’ Nexia BT, sakemm dan kollu għadda…. niftakar darb’oħra ic-Chairman Hasheminejad ta’ struzzjonijiet bie jingħadda pagament ieħor ta’ bejn wieħed u ieħor 400,000 dollaru lil mara Maltija li tgħix fi New York u li għandha negozji tal-ġojjellerija bl-isem ta’ Buttardi. U dan il-pagament kellu jkun immarkar bħala pagament ta’ loan.”
Il-Whistleblower tkellmet ukoll dwar in-negozju ta’ propjeta minn Willerby Inc., il-kumpanija ta’ Brian Tonna. Issemmi kif kienet ordnata biex tiscanja dokumenti għall-propjetà li kienet tiswa 17-il miljun Lira Sterlina u li għalija kien ingħadda pagament ta’ 5 miljun lira sterlina.
L-eks impjegata tal-bank tirrakkonra kif uffiċjali tal-FIAU bdew l-investigazzjonijiet f’Pilatus Bank.
“Kien il-15 ta’ Marzu, li uffiċjali tal-FIAU ġew f’Pilatus Bank u bdew isegwu l-andament u bdew jinvestigaw… damu hemm madwar 9 t’ijiem. Darba minnhom is-CEO u d-direttur Eżekuttiv bagħtu għalija u qaluli li l-FIAU riedu jiċċekjaw files relatati ma klijenti li kienu esposti politikament u liema kontijiet tagħhom kienu infetħu fl-2015… u kienu talbuni biex norganizza imma jien ma kontx mħarrġa f’dan ir-rigward.”
Il-Whistle blower tgħid għalfejn is-sejf kien iċċaqlaq għal ġol kċina.
“Is-sejf kien ikun dejjem fl-uffiċju tas-CEO… imma eventwalment kien iċċaqlaq għal ġol-kċina għaliex hemmhekk ma hemmx CCTV. Is-CEO kien ta ordni wkoll biex jitneħħa s-CCTV mill-kamra fejn hemm maħżuna s-servers.”
Il-whistleblower issemmi wkoll kif hi baqgħet ma tħallset qatt u meta ppruvat tiġġieled għad-drittijiet tagħha spiċċat akkużata bi frodi u miżappropjazzjoni.
“Kien id-29 ta’ Marzu, li s-CEO kien tani l-ittra li biha tterminali l-impjieg. Fakkartu li kont għadni ma tħallastx ċentezmu minkejja li kont ilni hemm xahrejn u nofs… bħali kienu tkeċċew żewġ impjegati oħra.”
Tgħid li wara li stenniet ġimgħa u aktar baqgħet ma tħallsitx għamlet rapport lid-Dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali li talab lill-bank biex iħallas iżda l-bank ma riedx… eventwalment bdew proċeduri kontra l-Pilatus Bank.
Marret ukoll JobsPlus u anke hawn Pilatus Bank komplew jgħidu li ma riedux iħalsuha. Ġara li meta bdiet tiġġieled għad-drittijiet tagħha l-amministraturi ta’ Pilatus Bank għamlu rapport fil-konfront tagħha.
Tirrakkonta kif baqgħet ma tistax temmen kif dak li kienet għaddejja minnu kien minħabba li insistiet li titħallas għax-xaharejn xogħol li kienet għamlet. Qalet li għalhekk li kellha din l-informazzjoni importanti ħasset li kellha titkellem. Qalet li issa taf li minħabba li tkellmet se tkun attakkata.
“Huwa ovvju li dan l-attakk qed ikun organizzat mill-Uffiċju tal-Prim Ministru. Iridu jattakkaw il-kredibiltà tiegħi, iridu jitfħgu dubju fuq dak li qed ngħid fuq il-kontijiet bankarji tagħhom, it-tranżazzjonijiet li saru u l-affarijiet li ma jridux li n-nies isiru jafu.”
Malajr, scannjajt id-dokumenti u poġġejthom lura fis-safe. Ma nafx għaliex għamilt hekk, imma ridt li jkolli xi ħaġa f’idi jekk jipruvaw jagħmluli frame-up li jien kont responsabbli mill-files irregolari tal-persuni fil-politika.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>