#muscatgate Lokali

Reklam biex jinstab Kummissarju tal-Pulizija, Chairman tal-FIAU, u l-Avukat Ġenerali

Grupp ta’avukati bl-isem ta’ Advocates for the rule of law, xtraw reklam fuq il-ħarġa tal-gazzetta tal-Ħadd fejn wasslu messaġġ b’mod inġenjali u innovattiv

Sejħa għall-postijiet tax-xogħol b’mod urġenti – il-pożizzjonijiet vakanti huma: “Il-Kummissarju tal-Pulziija, ċ-Chairman tal-FIAU u l-Avukat Ġenerali”. Kien dan l-avviż li ħawwad l-imħuħ tal-qarrejja tal-gazzetta The Sunday Times of Malta.

Grupp ta’avukati bl-isem ta’ Advocates for the rule of law, xtraw reklam fuq il-ħarġa tal-gazzetta tal-Ħadd fejn wasslu messaġġ b’mod inġenjali u innovattiv – hekk kif qalu li hemm bżonn b’mod urġenti li jimtlew dawn il-karigi vojta sabiex id-demokrazija f’pajjiżna terġa’ tibda titħaddan kif sippost.

Dan ir-rekam fil-gazzetta ġie wara s-sensiela ta’ sitwazzjonijiet fejn il-Kummissarju u ċ-Chairman tal-FIAU sippost ħadu azzjoni, iżda minflok investigaw l-iskandli li ħerġin minn Kastilja matul din il-leġislatura kollha – dawn baqgħu passivi u ma ħadu l-ebda azzjoni.

Fost l-oħrajn, NET News kien qabad lill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar jiekol il-fniek, hekk kif faqqa’ l-iskandlu tal-kumpanija sigrieta tal-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat, u dak li ġie rrapurtat fl-aħħar sigħat li l-Avukat Ġenerali kien jaf bit-tixħim taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keirth Schembri – fejn huma ma għamlu xejn.

Għalhekk dawn il-grupp ta’ avukati ħallsu għal dan ir-reklam – sabiex fl-aħħar jinstabu nies denja li jokkupaw dawn il-karigi li jassiguraw li pajjiżna jitmexxa b’mod demokratiku u ġust.