Irlandiz ta’ 23 sena ttieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ 4 sulari għal isfel minn fuq sur fil-Birgu.
Il-każ seħħ ilum wara nofsinhar fi Triq il-Ġublew tal-Fidda, meta għal xi raġuni mhux magħrufa ż-żagħżugħ għeleb għal isfel.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn qiegħed jingħata l-kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Clarke LL.D li ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

