17-il persuna matul il-lejl li għadda kienu arrestati wara li fil-pussess tagħhom instabet droga kokaina, ecstacy, raża u ħaxixa tal-kannabis.
L-eta’ tal-persuni arrestati tvarja bejn it-18 u l-35 sena u huma Maltin, Rumeni, persuna Awstraljana u persuna oħra mill-Estonja.
Il-persuni kienu arrestati waqt tfittxijiet li saru f’żona rurali fl-inħawi tal-Imtarfa, l-ammont ta’ droga misjuba jindika li x’aktarx din kienet għall-użu personali tagħhom.
//= $special ?>

