Fl-aħħar ħin beda armar quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista għal dak li jidher li se jkun l-armar għat-tnedija tal-Kampanja elettorali. Bħalissa qed isir xogħol ta’ żebgħa, armar ta’ monitors, u armar ta’ banners. Kollox jindika li għal din il-kampanja il-Partit Laburista għandu ħafna flus.
Minn dak li qed jidher sa issa huwa indikattiv li baqa’ biss ftit siegħat biex tkun imnedija il-kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali bikrija imsejħa minħabba l-instabiltà ta’ dan il-gvern, li jinsab maħkum minn kriżi ta’ korruzzjoni. Gvern bi Prim Ministru investigat f’inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>