B’kuntrarju għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, illejla, il-Prim Ministru Joseph Muscat ma ħax mistoqsijiet tal-ġurnalisti fi tmiem attività miftuħa għall-media li matula kienet imnedija l-kampanja elettorali tal-Partit Laburista.
It-tnedija saret barra ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun fejn kien imniedi l-logo u l-islogan tal-Partit Laburista għal din l-elezzjoni bikrija. Ta’ min jinnota li l-logo magħżul huwa simili ferm għal dak użat fil-kampanja elettorali ta’ erba’ snin ilu.
Wara li Konrad Mizzi, Keith Schembri u l-mara tal-Prim Ministru nqabdu b’kumpaniji sigrieti fil-Panama, it-tema tal-Partit Laburista għall-elezzjoni bikrija li jmiss se tkun “L-Aqwa Żmien Għal Pajjiżna”.
It-tnedija kienet indirizzata mill-Mexxej Laburista Joseph Muscat, li aktar kmieni kien sfurzat imur għand il-President biex ixolji l-Parlament fid-dell tal-iskandlu tal-Panama u b’investigazzjoni kriminali mdendla fuq rasu.

