Illum mit-tlieta u nofs ta’ wara nofsinhar ‘l quddiem fil-bajja Ta’ Spinola f’San Ġiljan se jsir il-Mass Meeting tal-Partit Nazzjonalista.
Mass Meeting li qed isir fl-isfond tal-kriżi politika u l-instabbilita’ li jinsab fiha l-pajjiż wara l-iżviluppi dwar il-kumpanija Egrant, li hija tal-mara tal-Prim Ministru u dwar il-korruzzjoni fl-iskema tal-bejgħ tal-passaporti.
Il-Mass Meeting f’San Ġiljan se jkun indirizzat minn diversi kelliema li qed jingħaqdu mal-Forza Nazzjonali, waqt li l-mass meeting jilħaq il-qofol tiegħu bid-diskors tal-Kap tal-PN Simon Busuttil.
F’messaġġ fuq facebook il-Kap tal-PN Simon Busuttil ħeġġeġ il-poplu sabiex illum jattendi għal dan il-mass meeting f’San Ġiljan.
//= $special ?>