NET News irċieva ritratt ta’ vapur tal-Gozo Channel li daħal fil-Port il-Kbir. Fuqu hemm għadd ta’ partitarji Laburisti li se jkunu qed jattendu l-mass meeting tal-Labour fil-Belt Valletta.
Normalment il-Gozo Channel ma jidħolx il-Port il-Kbir. Anke t-traġitti minn Sa Maison bil-merkanzija kienu nqatgħu tant li l-merkanzija bdiet titlaq miċ-Ċirkewwa.
Fuq l-istazzjon Laburista ONE dehru filmati li xxandru live minn fuq dan il-vapur waqt programm speċjali fuq is-Super One.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jindirizza mass meeting fid-dell tal-iskandlu tal-Panama u l-istorja żvelata li l-kumpanija Egrant hija tal-mara tiegħu.
Aktar tard..
Jirriżulta li l-vapur tal-Gozo Channel baqa’ fil-Port il-Kbir jistenna sakemm jispiċċa l-meeting tal-Partit Laburista, b’konsegwenza li numru kbir ta’ karozzi qegħdin imweħħla fit-traffiku fl-Imġarr sabiex jagħmlu triqithom lejn Malta.