NET News irċieva żewġ ritratti li jikkonfermaw l-instabbiltà fil-Gvern hekk kif fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar hemm movimenti marbuta ma’ elezzjoni ġenerali. Dan hekk kif twaħħlu sinjali bil-kliem “Counting Staff Training”. Ilbieraħ, il-gazzetta L-Illum irrappurtat li għada mistenni jxolji l-Gvern.
Jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat isejjaħ elezzjoni f’dawn il-jiem, ikun ifisser li dan huwa t-tieni Gvern Laburista f’inqas minn ħmistax-il sena li kien sfurzat imur għall-elezzjoni ġenerali bikrija. Il-Gvern Laburista ta’ Alfred Sant kien mar għal elezzjoni bikrija wara 22 xahar.
Iżda s-sitwazzjoni din id-darba hija differenti, hekk kif jekk Muscat imur għal elezzjoni bikrija, ikun qed jikkonferma l-instabbiltà li jinsab fih minħabba l-iskandlu tal-Panama u tal-kumpanija ‘Egrant’ – u dan minkejja l-maġġoranza komda fil-Parlament.
//= $special ?>