Fuq Facebook ġie ppubblikat ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jħejji għal diskors importanti li mistenni jagħti f’San Ġiljan hekk kif illejla jsir il-mass meeting f’Spinola. Ir-ritratt kien ippubblikat fuq il-paġna uffiċjali tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fuq Instagram u Facebook.
Id-diskors ta’ Simon Busuttil f’San Ġiljan mistenni jkun importanti hekk kif se jsir fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar l-instabbilità tal-Gvern Laburista minħabba l-iskandlu Muscatgate, fejn ġie żvelat li l-kumpanija sigrieta ‘Egrant’, li rċeviet mal-miljun dollaru, hija tal-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Hekk kif Muscat qed jibqa’ jinsisti li ma jerfax ir-responsabbiltà politika u jirriżenja, qed jingħad li l-Prim Ministru qed jikkonsidra li jsejjaħ elezzjoni bikrija. Aktar kmieni, NET News ippubblika ritratti ta’ sinjali li qed jitwaħħlu mas-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar.
//= $special ?>