L-iskandlu tal-Panama u tal-kumpanija Egrant, li skont dak żvelat hija tal-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat, spiċċa fuq fomm l-ICIJ, il-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi li sena ilu kixef l-iskandlu tal-Panama fuq livell internazzjonali.
Fi tweet, l-ICIJ ikkwota dak li qalet il-whistleblower li kixfet id-dokumenti li nstabu f’Pilatus Bank f’Ta’ Xbiex, u li jikkonfermaw li Egrant hija tal-mara tal-Prim Ministru. Din l-istorja kienet ġiet żvelata mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li saħansitra ppubblikat il-kontenut ta’ żewġ ‘Declarations of Trust’ li jikxfu ta’ min hi l-kumpanija Egrant.
#PanamaPapers 'I could not fly home to bury my mum, police took my passport at request of Pilatus Bank' https://t.co/M5ZzfrdkO4
— ICIJ (@ICIJorg) April 30, 2017
Skont dak żvelat aktar kmieni, fil-kont bankarju ta’ Egrant daħlu mal-miljun dollaru minn kumpanija sigrieta ta’ Leyla Aliyev, bint it-tifla tal-President korrott tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev. Żewġ kumpaniji sigrieti oħra huma Hearnville u Tillgate ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi.
Ilbieraħ, il-ġazzetta The Malta Independent on Sunday ippubblikat rakkont deskritt bħala xokkanti ta’ dak kollu li għaddiet minnu l-whistleblower.
//= $special ?>