Lokali

Sena wara li lestew il-kors – il-Podjatristi għadhom fil-għama

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Studenti tal-podjatrija li temmew il-kors b’suċċess sena ilu għadhom fil-għama dwar l-impjieg tagħhom. Podjatristi li spiċċaw f’Mejju li għadda u li ggradwaw mill-Universita’ ta’ Malta f’Novembru qalu li l-uniku feedback li rċevew kienet interview xahar ilu. Il-ġurnal Times of Malta jirrapporta li matul din l-interview il-podjatristi kienu informati li kienu se jiġu notifikata jekk intgħażlux jew le fi żmien ġimgħatejn iżda sa issa, għadu ma ngħataw ebda tweġiba jekk hux se jkunu impjegati fis-servizz pubbliku.

Sadanittant, ħafna minn dawn l-istudenti kellhom ifittxu xogħol fi kliniċi privati jew fi djar tal-anzjani, f’ħafna każi, f’xogħol mhux relatat mat-taħriġ tagħhom.

Il-podjatristi irrikorrew ukoll għand il-UĦM Voice of the Workers sabiex tgħin biex tinstab soluzzjoni, iżda anki hawnhekk, dawn it-tentattivi spiċċaw fix-xejn.

Times of Malta bagħtu mistoqsjiet lill-Ministeru tas-Saħħa iżda sa issa baqgħu mingħajr tweġiba.