Sport Sport Ieħor

Żwiemel – Enzo Nova jispikka fil-finali Silver

Julian Farrugia (sewwieq) u Cikku Borg (sid) jifirhu bis-success ta' Enzo Nova fil-finali flimkien ma' Shawn Pete Azzzopardi, f'isem l-isponsors.

F’idejn Julian Farrugia, l-Iżvediż Enzo Nova rebaħ it-tiġrija prinċipali li saret il-bieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa.

Din kienet il-finali tal-kampjonat Krafft għal żwiemel tal-klassi Silver fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din ghamlet parti mis-sbatax –il laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.

Tnax kienu ż-żwiemel finalisti. Il-Franċiż Uranus Du Lilas (Emmanuel Fenech) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq. Matul l-ewwel metri dan fetaħ vantaġġ żgħir minn Lajos Bellan (Noel Baldacchino) u Ariel Sisu (Nathaniel Barbara). Il-finali hadet svolta ohra matul l-ahhar 400m.

Dan għax kien dak il-ħin li ż-żiemel ta’ Fenech beda jnaqqas mill-ġiri u aktar il-quddiem, meta ż-żwiemel daru għad-dritta finali, inqabeż minn Enzo Nova (Julian Farrugia) li bi ftit akkwista t-tielet rebħa konsekuttiva u f’Malta minn Lajos Bellan (Noel Baldacchino). Uranus Du Lilas kellu jikkuntenta bit-tielet post filwaqt li New York Broline (Chris Grech) dahal fir-raba’ pożizzjoni.

Fi tmiem il-finali, Shawn Pete Azzopardi f’isem l-isponsors u Clayton Seychell, f’isem il-Malta Racing Club ippreżentaw it-trofew lil Ċikku Borg u Julian Farrugia, is-sid u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieh.

Fl-uniku tiġrija tal-klassi Premier fuq distanza ta’ mil, id-debuttant Tip Top Nelliere (Andrew Farrugia) għamel attakk hamsa fuq in-naħa ta’ barra matul l-aħħar 500m. Dan irnexxilu jirreġistra l-ewwel rebħa fi gżiritna bi ftit minn September (Charles Camilleri) u Rififi Nonantais (George Attard). Tonnerre De Retz (Julian Farrugia) daħal fir-raba’ pożizzjoni.

Din kienet it-tieni rebħa ta’ Farrugia matul din il-laqgħa ta’ tiġrijiet.

Il-kumplament tat-tiġrijiet kienu riservati għal żwiemel tal-klassi Gold, Silver, Bronze u Copper. L-ewwel tiġrija tal-klassi Gold kienet ikkaratterizzata minn dwell eċċitanti fid-dritta finali bejn Warica (Rodney Gatt) u Supreme De Corday (Julian Farrugia). Finalment kienet id-debba ta’ Gatt li ħadet it-tielet rebħa staġjonali, b’Simons Rose (Noel Baldacchino) u High Stage (Marco Refalo) jidħlu warajhom f’dik l-ordni.

L-aħħar 500m tat-tieni tiġrija mill-istess klassi kienu determinanti biex Rickshow (Noel Baldacchino) jieħu wkoll l-ewwel rebħa fi xtutna. Dan b’nofs tul minn Ubu Du Metz (Rodney Gatt), Oltedo De Rieux (Charles Camilleri) u Quillian Joyeux (Andrew Farrugia).

Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Coup De Vent (J. Axisa) Hin – 3.25.7” (1.17.9”) 2. Rusty Grif (S. Schembri) 3. Queops De Retz (C. Fenech) 4. Quicker Magoda (S. Garzia)
II Tiġrija. Klasi Bronze. Dist – 2640m. 1. Revenge Alone (A. Farrugia) Hin – 3.27.2” (1.18.5”) 2. Gin T Dalimo (M. Mifsud) 3. Carlos Express (N. Baldacchino) 4. Quo Vadis Phedo (C. Calleja)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Wee Speedy As (R. Gatt) Hin – 3.25.7” (1.17.9”) 2. Topy Verderie (P. Gauci) 3. O Jensen (M. Fenech) 4. Ocean Brodde (M. Sultana)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Global Power (D. Grima) Hin – 3.23.3” (1.17.5”) 2. Urido (E. Mallia) 3. Jezira (Ch. Ciantar) 4. Ricciola Jet (R. Gatt)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Evisir (R. Magro) Hin – 3.26.3” (1.18.1”) 2. Showtime (N. Barbara) 3. Sillon Du Breuil (M. Ellul) 4. Sitka Rod (T. Demanuele)
VI Tiġrija. Finali Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Enzo Nova (J. Farrugia) Hin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Lajos Bellan (N. Baldacchino) 3. Uranus Du Lilas (E. Fenech) 4. New York Broline (C. Grech)
VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m 1. Warica (R. Gatt) Hin – 3.21.4” (1.16.3”) 2. Supreme De Corday (J. Farrugia) 3. Simons Rose (N. Baldacchino) 4. High Stage (M. Refalo)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Tip Top Nelliere (A. Farrugia) Hin – 2.00.1” (1.13.4”) 2. September (C. Camilleri) 3. Rififi Nonantais (G. Attard) 4. Tonnerre De Retz (J. Farrugia)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Rickshow (N. Baldacchino) Hin – 3.23.1” (1.16.9”) 2. Ubu Du Metz (R. Gatt) 3. Oltedo De Rieux (C. Camilleri) 4. Quillian Joyeux (A. Farrugia)