#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: “L-elezzjoni hija l-emergency exit ta’ Muscat” – Simon Busuttil

Sejjaħna lilkom hawn għaliex intom il-qalb tħabbat tal-Partit Nazzjonalista. Għaliex qegħdin fil-ftuh uffiċjali tal-kampanja elettorali u l-Prim Ministru deherlu li ftit wara li spiċċa Mass Meeting straordinjarju tal-Partit Nazzjonalista f’San Ġiljan, Joseph Muscat ħabbar l-elezzjoni waqt mass meeting tal-Partit Laburista. Hu staqsa għaliex issejjħet elezzjoni bikrija? Hu qal li l-PN jilqa’ din l-isfida li ried u determinat li jegħleb. Hu qal li l-elezxzjoni ġenerali tista’ tkun is-soluzzjoni biex lil pajjiżna noħorġuh mill-isqaq li daħlu fih.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan il-bieraħ meta tkellem waqt rally organizzat fid-Dar Ċentrali tal-Partit. Hu wkoll ingħaqad ma Beppe Fenech Adami u sellem il-memorja ta’ Joe Cassar li kien bniedem ta’ eżempju u ta’ integrita. Irringrazzja wkoll lil Joe Cassar u lil familja Cassar.

Hu rringrazzja lil folla kbira preżenti fid-Dar Ċentrali tal-PN li hi d-dar tagħhom.

Simon Busuttil qal li ħafna nies tfixklu meta Joseph Muscat tela’ b’maġġornaza kbira ta’ voti u ta siġġijiet u staqsew għaliex Joseph Muscat m’għamilx il-ħames snin kollha. Kif ma stenniex li l-investigazzjoni dwar il-korruzzjoni titlesta u x’jiġi jekk wara l-elezzjoni u jirbaħ Joseph Muscat u l-inkjesta ssib li Keith Schembri jew Joseph Muscat kienu maħmuġin. Ikun rebaħ l-elezzjoni u jirriżenja wara ftit. Għaliex ma stenniex li tintemm l-inkjesta, staqsa Simon Busuttil? Hu qal li r-raġuni hi li Joseph Muscat għereq fil-korruzzjoni tal-Gvern tiegħu stess u rrealizza li tant kibret il-korruzzjoni li għereq fiha u kellu jwaqqa’ lil kulħadd miegħu lil Ministri u lid-Deputati.

Simon Busuttil qal li din hi l-ewwel darba li għandna Prim Ministru li jinsab taħt investigazzjoni kriminali. Hu qal li fil-pajjiżi Ewropej meta prim ministru ikun investigat kriminalment, dan jirriżenja. Staqsa jekk il-Prim Ministru hux veru jrid li aħna nkunu l-aqwa fl-Ewropa.

Il-Kap tal-PN qal li mal-Prim Ministru hemm ukoll imwaħħal Keith Schembri miegħu u fakkar qal li nhar it-Tlieta waqt konferenza tal-aħbarijiet ippreżenta l-fatti li Keith Schembri ħa flus korrotti mill-bejgħ taċ-ċittadinaza tagħna. Fakkar li tlett barranin Russi applikaw għaċ-ċittadinanza Maltija u ħallsu lil kumpanija Willerby li warajha hemm Brian Tonna u min għandu għaddew il-flus għand Keith Schembri u dawn il-flus huma reati kriminali.

Simon Busuttil qal li hu mar għand il-Maġistrat li qed jisma l-inkjesta u taħt il-provi. Jekk Keith Schembri hu involut għandu jitlaq u jekk jitlaq Keith Schembri għandu jitlaq ukoll Jospeh Muscat għax huma ħaġa waħda flimkien. Pajjiżna spiċċa f’sitwazzjoni ta’ kriżi u instabbiltà u inċertezza li matul l-aħħar sena komplit tikber. Hu qal li skont Muscat il-kriżi, l-instabbilta u l-inċertezza ġabhom hu. Hu qal li l-media barranija qalet li f’Malta se jkun hawn elezzjoni bikrija għax il-Prim Ministru hu investigat kriminalment u akkużat b’korruzzjoni. Hu qal li għalhekk wieħed jista’ jkejjel għax dawn huma gazzetti indipendenti u dan hu sinjal li dak li qed jgħid il-Kap tal-PN hi l-verità sagrosanta. Hu qal li din ma kinitx il-verità ma kienx jgħidha u kellu l-provi li għaddihom lill-Maġistrat.

Simon Busuttil qal li din hi kriżi li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż qegħdin hemm bħala paraventui ta’ Joseph Muscat, ibda mill-Pulizija u hemm ukoll il-kriżi ta’ kredibbiltà u kriżi ta’ valuri. Kif jista’ Joseph Muscat jigdeb illum u jigdeb għada u issa “qed temmen il-gideb tiegħek, il-poplu mhux jemmnek għax il-poplu ma tidħaqx bih” sostna Simon Busuttil.

Qal li l-problema hi l-korruzzjoni li hi magħġuna ma Joserph Muscat. Simon Busuttil qal li konna qed ninsitu li jirriżenja min hu marbut mal-korruzzjoni għax il-problema mhux se nsolvuha fl-elezzjoni għax l-elezzjoni mhix washing machine. Is-sistema ma taħdimx hekk, l-elezzjoni mhix washing machine u jekk int korrott illum, ix-xahar id-dieħel korrott se tibqa u jekk il-poplu jerġa’ jafdak, ikollok liċenzja li tkompli bil-korruzzjoni u daħħal il-miljuni mill-korruzzjoni, sostna Simon Busuttil.

Simon Busuttil qal li Joseph Muscat seta’ faċilment evita dan kollu kieku s-sena li għaddiet kif faqqa’ l-iskandlu tal-Panama, seta jibgħat għal Konrad Mizzi u Keith Schembri u jibagħthom ’il-barra. Hu qal li għaddiet sena u tant hi ovvja li dawn gidbu u ivvintaw u għamlu reati kriminali. Wieħed jistaqsi għaliex ma keċċihomx. Ir-risposta hi għaliex hu kompliċi magħhom sostna Simon Busuttil.

Fakkar li wara l-kumpanija sigrieta Hearnville hemm Konrad Mizzi, wara Tillgate hemm Keith Schembri u wara Egrant hemm Michelle Muscat. Simon Busuttil qal li l-elezzjoni hija l-emergency exit ta’ Muscat li ġab krizi istituzzjonali, krizi ta’ kreddibiltá, krizi ta’ valuri u krizi ta’ fiduċja.

Hu qal li f’din l-elezzjoni ġenerali l-PN se jiġġilidha b’ħiltu kollha b’għajta ċara, Jiena Nagħżel Malta’. Simon Busuttil li aħna nħobblu lil pajjiżna għax aħna Maltin u Nazzjonalisti li qegħdin hemm għal pajjiżna li jiġi l-ewwel. Hu qal li aħna qegħdin hawn għall-poplu Malti u Għawdxi kollu u qegdin hawn biex inservu lil poplu kollu.

Simon Busttil qal li Malta hi l-ħaddiema li qegħdin jaħdmu, fl-istess post tax-xogħol jagħmlu l-istess xoghol imma jitħallsu paga anqas. Malta hi l-ħaddiem li qed jara l-paga tiegħu magħfusa bl-aktar żiediet miżeri fi 30 sena.

Malta hi l-pensjonant u pensjonanta li l-pensjoni tagħhom ma twassalx. Malta hija dik il-koppja żgħażugħa jew dik il-familja li mhix issib post biex tikri għax il-prezzijiet tal-kiri splodew. Malta hija ż-żgħażagħ li biex isibu job iridu jmorru jittallbu lill-Ministru. Malta hi dawk iż-żgħażagħ li jaħdmu fis-servizzi finanzjari li qed jaraw ir-reputazzjoni tax-xogħol tagħhom titnawwar bil-koruzzjoni; u fil-gaming; u fis-settur tal-propjetà u tal-kirjiet, mitmugħ mis-servizzi finanzjarji u l-gaming … u tal-proprjeta’.

Simon Busuttil qal li Malta hija l-istudenti qed jistudjaw għall-eżamijiet, għax l-anqas l-eżaminjiet ma stenna Joseph Muscat. U aħna ħa jkollna programm elettorali apposta għalikom qal Simon Busuttil. Malta hi l-Għawdxin li tliftlu l-isptar tagħkom u li xbajtu bil-fanfarunati ta’ Muscat u n-nofs veritajiet. U għall-Għawdxin ħa jkollna programm elettorali apposta għalikom. Malta hi l-ġenituri li jinkwetaw għall-uliedhom minħabba d-droga imma Joseph Muscat jiddefendi żewġ Ministri li ndaħlu f’każ ta’ traffikar. Malta hi int sewwieq li dan il-gvern ma għamel xejn għalik f’erba’ snin – anzi għollilek il-petrol u d-diesel meta l-prezz taż-żejt roħos bin-nofs.

Hu qal li rridu ngħixu f’pajjiż sabiħ u kwalità ta’ ħajja tajba, livell għajxien tajjeb. L-għażla fl-elezzjoni ġenerali hi din, naħa klikka korrotta ta’ Kastilja b’Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi li huma mexxew kollox u kissru s-sitwazzjoni f’pajjiżna u naħa l-oħra hemm Malta u l-Maltin li ma jridux korruzzjoni, li huma kburin li huma Maltin u jridu jgħixu f’pajjiż normali u ħajja fil-kwiet.

Bejn Joseph Muscat u l-klikka korrotta u Malta u l-Maltin aħna nagħżlu Malta qal Simon Busuttil. Hu qal li l-għażla hi bejn Panama Muscat u Malta tal-Maltin, bejn Malta korrotta u Malta nadifa, bejn Malta onesta u Malta diżonesta bejn bejn Joseph Muscat u l-Maltin temm Simon Busuttil.

Min jixtieq aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista għal din il-kampanja elettorali, jista’ jżur is-sit elettroniku ForzaNazzjonali.com.