#muscatgate Lokali

FILMAT: Muscat isostni li żamm kelmtu… iżda ma jsemmix il-kontabbiltà, it-trasparenza u l-korruzzjoni

Iwiegħed li se jerġà jżomm keltmu…u jerġà jħallihom barra!

Fl-ewwel attività tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li hu żamm kelmtu mal-elettorat fuq diversi setturi iżda ma semmiex il-kontabbiltà, it-trasparenza, il-meritokrazija u l-korruzzjoni fost is-setturi li żamm kelmtu dwarhom.

Għall-Prim Ministru din l-elezzjoni se tkun waħda ta’ kedibbiltà u żied li kien qed iwiegħed li se jerġa’ jżomm keltmu fuq it-taxxi, it-toroq, il-pensjonijiet, il-kera u l-festi pubbliċi; iżda anki hawn il-Prim Ministru reġà ma semmiex il-korruzzjoni bħala settur li se jżomm keltmu dwarhom.

Din id-dikjarzzjoni dwar liema setturi l-Prim Ministru jemmen li żam kelmtu fihom saret waqt li l-Prim Ministru kien qed jitkellem f’rally għal-Laburisti fiż-Żurrieq.

Fi tmiem ir-rally, il-Prim Ministru kien akkumpanjat minn martu Michelle li telgħet fuq il-palk tilqa’ l-applawsi tal-Laburisti preżenti.

Il-Prim Ministru qal li hu żamm kelmtu dwar ix-xogħol, il-persuni b’diżabbiltà, in-negozji, il-ħolqien tal-ġid, iċ-child care, l-omosesswali, li-pensjonijiet u diversi setturi oħra.

Il-Prim Ministru qal li hu ma jibżax iħares f’għajejn il-Laburisti u sostna li s-surplus fl-ekonomija inħoloq l-aħħar fil-pajjiż fi żmien Mintoff. Hu qal li jekk jerġa’ jkun lest se jerqed l-faqar. Dwar l-iżbalji li saru, il-Prim Ministru ammetta li saru diversi żbalji u talab ‘skuża umli’ lill-poplu għaliex l-PL mhux supperv. Muscat sostna li tgħallem mill-iżbalji li għamel.

Joseph Muscat qal li kien il-gvern Laburista li dawwar ir-rota ekonomika wara l-aħħar elezzjoni. Skont il-Prim Ministru, l-pajjiż għamel mirkalu ekonomiku u għalhekk se jitlob lill-poplu għal ħames snin oħra. Hu qal li qed imur quddiem il-poplu bla biża’ u li l-pajjiż jinsab nofs triq.

Filwaqt li elenka l-ħames prijoritajiet tal-PL fil-kampanja elettorali, il-Prim Ministru ħabbar li kien se jikkontesta fuq il-ħames distrett elettorali flimkien mat-tieni distrett.