Sport Sport Ieħor

Floriana Ajax A jirbħu t-tazza 5-a-side tad-Darts

Il-plejers ta' Floriana Ajax A jifirħu wara s-suċċess fit-tazza 5-a-side

Floriana Ajax A kisbu l-ewwel unur tal-istaġun b’rebħa faċli fuq Mosta Horseshoe Bar A fil-finali tat-tazza 5-a-side, quddiem folla numeruża fiż-Żejtun Beland Club.

John Ciantar ta l-vantaġġ lil Floriana b’rebħa ta’ 3-2 fuq Tony Borg, b’Norbert Attard ikabbar il-vantaġġ b’rebħa ta’ 3-0 fuq Albert Scerri filwaqt li Vincent Busuttil għeleb lil Godfrey Abela biex ikkonferma t-titlu għal Greens.

Il-captains taż-żewġ timijiet iddeċidew li r-raba’ u l-ħames logħba ma kienx hemm bżonn tintlagħab minħabba li l-partita kienet deċiża. Fl-4 ta’ Mejju, dawn iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu din id-darba fil-finali tat-tazza 4-a-side.