Kmieni dalgħodu Joseph Muscat preżenta numru ta’ wegħdiet elettorali mingħajr ebda konsultazzjoni mal-unions u l-Korpi Kostitwiti. Dan stqarru Muscat innifsu fejn dalgħodu kellu jammetti mal-ġurnalisti li dawn il-proposti qed jiġi preżentati bla ebda qbil. “Il-konsultazzjoni għadha trid issir”, sostna Muscat.
Joseph Muscat irrepeta il-wiegħda li ilha xhur preżentata minn Simon Busuttil, dik li jnaqqas it-taxxa għas-self employed. Wiegħed ukoll li jibni t-toroq kollha ta’ Malta f’seba’ snin, meta kulħadd jaf illi f’leġislatura ħalla l-infrastruttura tikrolla.
//= $special ?>