#muscatgate Lokali

FILMAT: Il-whistleblower tikkonferma li d-dokumenti dwar Egrant u Michelle Muscat jeżistu

Il-whistleblower Russa, li hi ex impjegata tal-Bank Pilatus, ikkonfermat fintervista li d-dokumenti dwar il-kumpanija egrant tal-mara tal-Prim Ministru jeżistu u li hi rathom. Dawn id-dokumenti kienu scanned u ppubblikati.

Il-whistleblower, li l-identità tagħha qed tkun mistura, kienet intervistata mill-ġurnal The Malta Independent fejn tkellmet dwar l-esperjenza tagħha meta kienet taħdem mal-Bank Pilatus f’Ta’ Xbiex.
Hi ma kkummentax fid-dettall dwar id-dokumenti ta’ egrant għaliex il-Maġistrat Inkwerenti Aaron Bugeja ordnalha ma titkellmix fil-pubbliku dwar it-testimonjanza tagħha; liema testimonjanza damet tliet siegħat. L-eks-impjegata tal-Bank Pilatus qalet li l-Maġistrat żammha milli titkellem fil-pubbliku u qallha li jekk tagħmel dan hi tkun arrestata. Hi sostniet li minħabba li diġà għaddiet minn din l-esperjenza kienet se toqgħod mad-deċiżjoni tal-Maġistrat Inkwereneti.

L-ex impjegata ta’ Pilatus qalet li hi kienet qed titkellem għaliex hi temmen li l-affarijiet iridu jsiru sewwa skont il-prinċipji li hi temmen fihom; il-prinċipji tas-sewwa. Hi qalet li minkejja li l-Pilatus ma kinx ħallas il-pagi tagħha hi mhix qed tagħmel dan kollu bi tpattija lill-istess bank. Dwar il-paga tagħha, hi qalet li għall-ewwel marret fid-dipartimenti tal-gvern u ressqet ilment uffiċjali. Hi kellmet ukoll lill-ETC wkoll.

Il-whistleblower qalet li kienet innotat diversi movimenti suspettużi meta kienet taħdem il-bank, li ma kinux normali. Dak iż-żmien hi ma kinitx għadha mħarrġa biżżejjed fuq il-proċeduri ta’ emails u proċeduri oħra ta’ compliance għaliex hi kienet konfermata bħala Money Laundering Compliance Officer riċentamnet. Kien biss riċentament li saret konxja minn dak li kien qed iseħħ fil-Bank.

Dwar il-persuni li hi rat fil-Bank, l-ex impjegata tal-Pilatus qalet li Brian Tonna kien iżur il-bank regolarment. Hi kkonfermat li ltaqgħet ma’ Tonna għaliex kienet takkumpanjah lejn il-confernce rooms għal-laqgħat u qalet li Tonna kien jaħdem bħala intermedjajru għall-kumpaniji. Meta tkellem dwar iċ-ċertifikati li ppreżenta Brian Tonna, hi qalet li dawn iridu jkunu kkunsidrati fil-kuntest tal-liġi tal-Panama u kompliet li Brain Tonna jista’ jkun sid parzjali ta’ kumpanija u jista jkollu sehem f’isem ħaddieħor. Iridu jkunu l-pulizja li jinvetsigaw jekk danw id-dokumenti humiex foloz.

Dwar egrant, hi sostniet li din kienet kumpanija li kienet qed tingħata attenzjoni partikolari mill-Pilatus.

Il-whistleblower tkellmet fid-dettall dar kif mexa magħha l-bank u qalet li minkejja li kienet taħdem mal-Pilatus għal ftit xhur hi kienet fdata b’diversi impenji. Fost dawn kien hemm li tħallas xi ħlasijiet li l-bank kien jagħmel lil xi klijient u xi ċitazzjonijiet tal-uffiċjali ogħla tal-Bank. Hi spjegat li fil-Bank Pilaturs l-impjegati ma tantx idumu jaħdmu hemm u għalhekk hi ingħatat il-fiduċja mill-uffiċjali tal-Bank.

L-ex impjegata tal-Bank qalet li bħlaissa għad għandha l-passport tagħha miżmum, anki minkejja li l-Ambaxxata Russa għamlet oġġezjzoni mal-Gvern Malti dwar dan. Skont il-whistle blower, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qed jinjora din it-talba tal-Ambaxxata Russa.

Tags