Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn makkinarju f’barriera f’Għajnsielem

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Raġel ta’ 68 sena residenti ix-Xagħra, f’Għawdex sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat permezz ta’ xi makkinarju. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17.00 ġewwa barriera fi Triq il-Qala, Għajnsielem.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Vella Cuschieri LLD li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.