Elezzjoni 2017 Lokali

“Iż-żgħażagħ iridu fatti mhux kliem fl-arja” – il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ fi stqarrija esprima d-dispjaċir tiegħu li f’din l-elezzjoni tant importanti għal pajjiżna, żgħażagħ ta’ bejn is-16 u s-17-il sena mhumiex se jingħataw dak li hu tagħhom bi dritt, il-vot.

F’Settembru li għadda, il-Kunsill reġa’ qajjem id-diskussjoni fuq dan is-suġġett. Sussegwantment, ġiet ippreżentata mozzjoni fil-Parlament biex jingħata dan id-dritt; liema ngħatat is-sapport tal-għaqdiet politiċi taż-żgħażagħ kollha ta’ pajjiżna (ADZ, FŻL, MZPN, Pulse u SDM).

“Wasal iż-żmien li l-politiċi juru biċ-ċar li jafdaw liż-żgħażagħ, mhux bil-kliem biss imma bil-fatti wkoll,” iddikjara l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.