Futbol Sport

Keith Galea jirbaħ il-kampjonat nazzjonali tad-Duathlon

Mix-xellug: Shaun Galea, Keith Galea, Andres Bernel

Il-Malta Triathlon Association organizzat il-Kampjonat Nazzjonali tad-Duathlon b’parteċipazzjoni ta’ madwar 40 atleta fir-rotta tal-bye-pass tal-Imtarfa.

Bil-kompetizzjoni mfassla fuq l-ewwel ġirja ta’ tmien kilometri, 27 kilometru ta’ ċiklizmu u t-tieni ġirja ta’ 4 kilometri. Għal ħames darba fil-karriera, suċċess għal Keith Galea li daħal fl-ewwel post f’siegħa 26 minuta u 44 sekondi.

Fit-tieni post daħal Shaun Galea li għadu taħt l-għoxrin sena u li għamel ħin totali ta’ siegħa 27 minuta u ħames sekondi. B’distakk ta’ 24 sekonda, fit-tielet post daħal Andres Bernel.

Il-kategorija tan-nisa ntrebħet minn Margaret Seguna f’siegħa 36 minuta u 45 sekonda qabel Hannah Pace f’siegħa 37 minuta u 26 sekondi, b’Michelle Vella Wood tidħol fit-tielet post f’siegħa 39 minuta u 35 sekonda.