Il-kantant Malti Kurt Cassar għadda mis-semifinali tal-Festival Show li saret fl-Italja fi Fiuggi. B’hekk hu sab postu fil-finali tal-Festival Show li sar appuntament annwali għat-telespettaturi Taljani matul Awwissu. Dan il-Festival beda jsir wara li waqaf isir Festival Bar.
Mal-400 kantant ipparteċipaw fis-selezzjonijiet fi Fiuggi fosthom Kurt li ġie ġġudikat minn ismijiet kbar fosthom id-direttur tal-grupp il-VOLO li rrappreżenta lill-Italja fl-2015 fil-Eurovision Son Contest.
Kurt ġie magħżul fost it-30 finalist u ġie wkoll deskritt bħala artist li jemozzjona b’timbru uniku u persunaġġ partikolari ħafna.
Kurt Cassar huwa mmexxi minn Rocco Palazzo u Gabriela Serban, l-istess produtturi li skoprew diversi rebbieħa ta’ The Voice u X-Factor tul is-snin.
L-artisti l-kbar se jkunu qed jissieħbu tul il-famuż tour f’diversi postijiet fl-Italja u wara jkun imiss il-finalissima fl-Arena prestiġġjuża ta’ Verona li tiġi mxandra fuq l-istazzjonijiet principali Taljani wara l-finali nazzjonali f’ Venezja fit-8 ta’ Mejju. Dakinhar 12 -il artist -fosthom Kurt, se jkunu fiċ-ċans li jingħaqdu mal-ismijiet il-kbar.
Fost l-artisti Taljani li joffru spetaklu kull se jkun hemm the Colours, Sergio Sylvestre,
Elisa, Albano, Elodie u Nek fost oħrajn.
Kurt Cassar huwa mmexxi minn Rocco Palazzo u Gabriela Serban, l-istess produtturi li skoprew diversi rebbieħa ta’ The Voice u X-Factor tul is-snin.
//= $special ?>