Fl-ewwel jum tal-kampanja elettorali, Joseph Muscat dalgħodu fil-Birgu mill-ewwel beda jaħrab mill-ġurnalisti, dan wara li ġie mistoqsi jekk issa li tħabbret elezzjoni ġenerali bikrija – sena qabel il-waqt – il-Gvern tiegħu hux se jibqa’ jimpjega ħaddiema u joffri kuntratti mal-Gvern.
Sorsi li tkellmu ma’ NET News qalu li hekk kif ilbieraħ tħabbret l-elezzjoni ġenerali għat-3 ta’ Ġunju, diversi Ministri bdew joffru postijiet tax-xogħol mal-Gvern – dan meta normalment proċessi bħal dawn jiġu friżati.
//= $special ?>