Norbert Attard irnexxielu jirbaħ l-ewwel edizzjoni tal-Malta Premier League of Darts wara li fil-finali għeleb lil Albert Scerri 7-5. Aktar kmieni fis-serata, iż-żewġ plejers rebħu faċilment is-semifinali tagħhom bi skor identiku ta’ 5-0 fuq John Agius u Godfrey Abela rispettivament.
Fil-finali, kien Albert Scerri li ħa vantaġġ doppju u seta’ jkabbar il-vantaġġ akbar, imma numru ta’ darts żbaljati fuq id-doppji, patta qares hekk kif Attard rebaħ erba’ legs konsekuttivi biex fil-mistrieħ, l-iskor kien 4-2 favur Norbert Attard. Hu rnexxielu jirbaħ ukoll is-seba’ leg, imma Scerri waqqaf is-sensiela ta’ legs negattivi b’rebħa fit-tmien leg.
Id-disa’ leg intrebħet minn Attard u resaq qrib ir-rebħa, iżda Scerri rebħa l-għaxar u l-11-il leg. F’punt kruċjali tal-partita, Scerri falla sitt darts fuq double 18 fejn seta’ jitfa’ l-partita f’tie-break, b’Attard japprofitta b’għeluq ta’ 160 għar-rebħ tat-titlu nazzjonali.
Finali ta’ livell għoli fl-istabbiliment ta’ Red Square f’Santa Venera, fejn iż-żewġ plejers temmew b’medja ta’ 86.00, filwaqt li kien hemm ħames 180s għal Attard.
//= $special ?>