Lokali

Raġel iġarrab ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Ritratt mill-arkivji

Raġel anzjan ta’ 70 sena ġarrab ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani, f’Ħal Tarxien. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16.50. Ambulanza ħadet lill-vittma lejn l-isptar fejn ftit wara ġie ċċertifkat li qed iġarrab ġrieħi gravi.

Bħalissa t-traffiku li ġej minn Vjal Santa Luċija u Triq ix-Xintill direzzjoni lejn Tal-Barrani u ż-Żejtun, fejn hemm ir-rawndebawt il-kbira ta’ Raħal Ġdid, se jsib il-karreġġjata magħluqa u l-Pulizija qed tiddevja l-karozzi minn triq alternattiva.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.