Għexieren ta’ ċivili u ġellieda taħt it-tmexxija tal-Kurdi tilfu ħajjithom waqt attakk mit-terroristi tal-ISIS li konċentraw fuq kamp tar-refuġjati qrib il-fruntiera lejn il-Grigal tas-Sirja.
Rapport partikulari tenna li l-aggressuri suwiċida kienu involuti fl-assalt fuq il-kamp f’Rajm al-Salibi, fil-provinċja ta’ Hassakeh, fejn ir-refuġjati, fil-parti kbira, huma Sirjani u Iraqqin. Ingħad ukoll li seħħew sensiela ta’ konfronti, fl-inħawi, bejn l-ISIS u membri tal-Qawwiet Demokratiċi Sirjani li kienu stazzjonati fil-viċinanzi.
L-Alleanza anti-ISIS inkwistjoni, appoġġjata mill-Istati Uniti, tinsab fuq quddiemnett fil-battalja kontra t-terroristi fil-Lvant tas-Sirja.
Il-ġellieda Kurdi u Għarab tal-Alleanza, intant, huma qrib li jieħdu kontroll sħiħ fil-belt ta’ Tabqa, fiz-zona tax-Xmara Euphrates u li għandha importanza kbira strateġika. L-istess ġellieda dalwaqt ikunu f’pożizzjoni minfejn iwettqu offensiva fuq Raqqa, meqjusa bħala ‘il-kapitali’ u hub ewlieni għall-ġellieda tal-ISIS fis-Sirja.
L-Osservaturi Sirjani li kkummentaw dwar il-ġlied fil-kamp ta’ Rajm al-Salibi rreferew għal diversi splużjonijiet u sparaturi li fihom inqatlu, almenu, 30 ċivili, b’għexieren oħra jisfaw midruba. Ingħad ukoll li l-maġġoranza tal-vittmi, f’dan il-każ, kienu nisa u tfal.
//= $special ?>

