Futbol Sport

Sitt ġimgħat għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet

Il-grawnd ta' Sochi

Hekk kif ninsabu sitt ġimgħat ‘il bogħod mill-ftuħ uffiċjali tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet, il-federazzjoni tal-futbol fir-Russja qed tħejji bis-sħiħ għall-avveniment li għandu jkun prova ġenerali għat-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla.

Wieħed mill-istadiums li ser jintużaw huwa dak ta’ Sochi (ritratt), il-belt li organizzat l-Opimpijadi tax-Xitwa fl-2014. Dettalji dwar il-Fischt Stadium ingħataw mill-manager Alexander Khomenkov fil-preżenza tal-Ministru tal-isport għar-reġjun ta’ Krasnodar, Lyudmila Chernova.

Il-bliet li ser jintużaw minbarra dawk ta’ Sochi huma dawk ta’ Kazan, San Pietroburgu, u Moska. It-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tibda fis-17 ta’ Ġunju u tintemm fit-2 ta’ Lulju.