Il-Grupp Universitarji Għawdxin fi stqarrija qal li hu diżappuntat ħafna li f’festa pubblika, meta l-maġġoranza tal-istudenti kienu se jivjaġġaw bejn Għawdex u Malta biex ikunu jistgħu jattendu l-lectures l-għada filgħodu, tħallew l-art fl-Imġarr Għawdex fejn stennew għal sigħat twal mibnħabba li kienu qed jaħdmu biss żewġ vapuri għax it-tielet vapur kien allokat għal dawk li kienu qed jippjanaw li jattendu l-mass meeting tal-Partit Laburista f’Malta.
Il-GUG qal li dan hu inaċċettabbli. Huma bħala Għawdxin jifhmu li kull tmiem il-ġimgħa jridu jdumu jistennew siegħa jew aktar fil-kju biex jitilgħu fuq il-vapur minħabba li jkun hemm ħafna karozzi, imma staqsa kif wieħed jista’ jalloka vapur għal dawk biss li kienu se jattendu l-mass meeting u jħalli warajħ studenti u ħaddiema li kellhom bżonn jmorru Malta għax-xogħol jew għall-iskola.
Il-GUG staqsa jekk din hix l-importanza li l-partiti politiċi jagħtu lilhom l-Għawdxin u jekk dan hux l-aġir li l-partiti poltiċi se jieħdu biex jiffaċilitaw il-ħajja tal-Għawdxin. Il-GUG qal li jistenna li l-Gvern jiffaċilità l-ġajja tal-Għawdxin u mhux ikun ta’ ostaklu għall-istudenti u għalhekk il-Grupp appella liż-żewġ partiti politiċi biex jieħdu in-konsiderazzjoni l-aħjar interess taċ-ċittadini u l-aħjar interess tal-Għawdxin, qabel ma jieħdu xi azzjoni li jista’ jkollha effetti negattivi għar-rutina tagħhom.
//= $special ?>